F’Lulju li għadda, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ħabbret il-kollaborazzjoni tagħha mal-Kumpanija Ġermaniża Hunter & Co., permez tal-App tal-mowbajl MyHunt / MyFieldsports. Hunter & Co. minn dak iż-żmien kibret u saret l-ikbar App tal-Mowbajl tal-kaċċa fl-Ewropa.
Illum, il-FKNK, b’kollaborazzjoni ma’ Hunter & Co. u l-appoġġ tal-FACE (Federazzjoni Ewropea għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni), għanda pjaċir li tniedi Proġett Pilota ta’ Stħarriġ tal-Ġwienaħ tal-Gamiem li jista jinqabad mill-kaċċaturi matul dan ix-xahar ta’ Settembru 2021. Il-kaċċaturi Maltin qegħdin jintalbu jniżżlu l-App MyHunt / My Fieldsports bla Ħlas biex jipparteċipaw f'dan l-istħarriġ u billi jieħdu ritratt tal-ġwienaħ ta' kull gamiema li tinqabad, ittellaw ir-ritratt bid-dejta rilevanti fl-App u jissottomettu lill-FKNK kif jidher fil-video klipp mehmuż.
Hunter & Co. kien f’Malta din il-ġimgħa, meta kellu laqgħat ma’ uffiċjali tal-Kunsill tal-FKNK sabiex jikkordina t-tnedija tal-proġett. Dan il-proġett pilota li għandu l-għan li jikseb stampa preċiża tad-daqs, l-età, is-sess u l-ħsad tal-popolazzjoni tal-gamiem li jpassi mill-gżejjer Maltin, għandu rilevanza kbira f'kuntest Ewropew. Bil-qbid tal-gamiema li qiegħed jiffaċċja restrizzjonijiet f'ħafna pajjiżi, għodda diġitali bħall-App ta' Hunter & Co tipprovdi għadd bla preċedent u f'ħin reali ta' dejta tal-gamiema sottomessa - liema dejta hija trasmessa lill-FKNK skont il- linji gwida tal-protezzjoni tad-dejta - hija essenzjali biex tippromwovi kaċċa tal-gamiem fl-Ewropa.
Il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Hunter & Co, Lorenz Frey-Hilti qal dwar il-proġett: “Dan huwa l-ewwel pass fi sħubija twila produttiva mal-ħbieb Maltin tagħna li tgħin biex tippreserva t-tradizzjonijiet u l-kultura tagħhom billi tuża għodod moderni. Aħna nħarsu 'l quddiem biex nimplimentaw dan il-proġett f'pajjiżi oħra wkoll."
Il-President tal-FKNK, Lucas Micallef qal: “Din hija opportunità kbira għall-kaċċaturi Maltin biex ikunu proattivi u biex juru li kaċċa sostenibbli hija essenzjali. L-App MyHunt tagħti lill-Kaċċaturi Maltin mod kif jissottomettu dejta lill-FKNK kif ukoll biex jamministraw l-attivitajiet u l-informazzjoni l-oħra tagħhom ta’ kaċċa ta’ kuljum”.
Hunter & Co twaqqfet biex tiddiġitalizza l-esperjenza tal-kaċċa u tipprovdi pjattaforma għall-komunità tal-kaċċa. Mit-twaqqif tagħhom, huma laħqu aktar minn 530,000 install fl-Ewropa, stabbilixxew sħubiji ma' bosta assoċjazzjonijiet u korporazzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali.
L-FKNK ilha tirrappreżenta b’mod attiv l-interessi tal-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin lokalment kif ukoll fi Brussell għal kważi 50 sena. Il-FKNK hija l-akbar NGO fil-gżejjer Maltin b'10.000 membru adult.
Daniel Xriha
Segretarju Ġenerali